Qum dur u izfen

Artist: Bernie and Pod (Malti)
User: Ivan Farrugia
Duration: 130 seconds
Delay: 12 seconds
Chord names: Not defined
Abusive:
Comment: -

URL

Uploaded:
July 26, 2019, 11:04 PM
Get it on Google Play

Text

Qum, dur u iżfen


Int li ddawwal lejl mudlam,
int li ħajti mlejt u d-dwejjaq sar duħħan,
sakemm hawn int, noħlom ma nixba’ qatt,
sakemm hawn inti f’ħajti, żgur ma jidħol ħadd.


U issa qum, dur, iżfen u 
dawwarni ma’ dar-ritmu
li jwassalna kullimkien
b’idek f’idi int u jien.
          
U erġa’ dur, dur għax dan hu ż-żmien
li nuru d-dinja kollha
li l-imħabba l-isbaħ fjur
li timla l-ħajja kull kulur…iżfen u dur.


Int li dewwaqtni dan il-ġmiel,
int li tħares biss biex kuntent inkun jien,
sakemm hawn int, inħossni ffortunat,
int kewkba li mis-sema, spiċċajt hawnhekk fl-art.


U issa qum, dur, iżfen u 
dawwarni ma’ dar-ritmu
li jwassalna kullimkien
b’idek f’idi int u jien.
     
SOLO


U f’dan iż-żmien li sirna ta’ xulxin,
inti tiegħi u jien tiegħek għal dejjem magħqudin.

U issa qum, dur, iżfen u 
dawwarni ma’ dar-ritmu
li jwassalna kullimkien
b’idek f’idi int u jien.
          
U erġa’ dur, dur għax dan hu ż-żmien
li nuru d-dinja kollha
li l-imħabba l-isbaħ fjur
li timla l-ħajja kull kulur…iżfen u dur.

     

Comments