Int U Jien dal Milied

Artist: Bernie and Pod (Malti)
User: Ivan Farrugia
Duration: 130 seconds
Delay: 12 seconds
Chord names: Not defined
Abusive:
Comment: -

URL

Uploaded:
July 26, 2019, 11:04 PM
Get it on Google Play

Text

Int u Jien dal-Milied               CAPO 4 

Niftakar fi tfuliti               C EM F  G 
f’dawk il-ġranet tal-Milied
kulħadd kien ferħan bi ħġaru
ħalli nżejnu l-klassijiet

Mill-iskola għad-duttrina
forsi nirbħu xi bambin
wara ġirja għal għand in-nanna
biex tagħtina biskuttin

Imma llum għadda ftit żmien                 AM F  C  G 
it tfulija għaddiet riħ mingħajr waqfien,
il-Milied jiġi kull sena
x’valur għandu fost il-ġemgħa?                AM F  C AM 
Kun int li tnissel l-għaqda f’dal-Milied     F  G  C 

Abbatini lkoll niltaqgħu               C EM F  G 
għall-quddiesa tal-Milied
wieħed minna jgħid il-prietka,
il-bqija nisimgħu fis-skiet

Wara lura d-dar ninġabru
tazza te u xi pudina
imbagħad wara taħt is-siġra
naraw x’rigali ser jagħtina

Imma llum għadda ftit żmien               AM F  C  G 
it tfulija għaddiet riħ mingħajr waqfien,
il-Milied jiġi kull sena,
għal xi wħud iqabbeż demgħa,               AM F  C AM 
Kun int li tnissel l-ferħ f’dal-Milied!      F  G  C 


Illum kbirna u ż-żmien għadda               C EM F  G 
ħadd ma jerġa’ jġib iż-żmien,
it-tfulija tal-imħabba
qisha fjura fl-isbaħ ġnien.

Iżda f’qalbna nibqgħu ngħożżu
l-memorji u d-drawwiet
żmien li jibqa’ jgħix ġo qalbna
żmien li jnessi kull inkwiet

Imma llum għadda ftit żmien
it tfulija għaddiet riħ mingħajr waqfien,
f’dan iż-żmien tal-Milied
insa l-firda u insa l-ġlied,
kun int li tnissel l-għaqda f’dal-Milied!

Flimkien....Dal-Milied
Int u jien....Dal-Milied 
Flimkien...Dal-Milied
Ningħaqdu lkoll...Dal-Milied

Comments