Artist: | Bernie and Pod (Malti) |
User: | Ivan Farrugia |
Duration: | 130 seconds |
Delay: | 12 seconds |
Chord names: | Not defined |
Abusive: | |
Comment: | - |
C F Am G
Intiru u nittajru mal-erbat irjieħ,
’il fuq nitilgħu, fuq sħaba nistrieħ.
Ma nafux fejn sejrin imma nafu fejn konna,
fuq art nieqsa ħdura li ma tridx iżżommna.
Hemm isfel, hemm isfel, fejn jgħixu n-nies,
il-ħajja wisq mgħaġġla, bla nifs u bla nifs.
Neżistu, nitħabtu ħa nibnu futur,
li ħadd qatt ma ra, ħadd ma jaf kif ħa jkun.
Pre chorus
Am Em F C
Am Em F Fm
Intiru ’l fuq flimkien, nittajru u nduru f'dan il-ġmiel.
Ġmiel li biss toħlom spiss ejja ntiru ’l fuq, intiru ’l fuq.
Chorus
F C G Am
F C G G
’Il fuq, ’l hemm fuq, telgħin ’il fuq.
Fil-bogħod mill-bogħod minn dak li kont.
Intiru ’l fuq, telgħin ’il fuq.
Hemm isfel, hemm isfel, fejn jgħixu l-ulied,
fil-ħajja virtwali u ħajja ta’ skiet.
Fejn wiċċhom ikaħħlu ma’ biċċa apparat,
li ħawwad il-moħħ u li kessaħ il-qalb.
Ħuduni ftit lura, ħuduni għal ftit.
Niftħilhom għajnejhom jew kelma ta’ ġid.
’Il fuq qed nittajjar ’il bogħod mill-passat,
qed noqrob lejn art ta’ ġonna bil-ward.
Pre chorus
Intiru ’l fuq flimkien, nittajru u nduru f'dan il-ġmiel.
Ġmiel li biss toħlom spiss ejja ntiru ’l fuq, intiru ’l fuq.
Chorus
’Il fuq, ’l hemm fuq, telgħin ’il fuq.
Fil-bogħod mill-bogħod minn dak li kont.
Intiru ’l fuq, telgħin ’il fuq.
Bridge
Dil-Ħolma li jien sikwit ħlomt,
minn din ir raqda ma xtaqtx li qomt.
Dil-Ħolma li jien sikwit ħlomt,
intiru ’l fuq, ’il bogħod fil-bogħod.
Chorus
’Il fuq, ’l hemm fuq, telgħin ’il fuq.
Fil-bogħod mill-bogħod minn dak li kont.
Intiru ’l fuq, telgħin ’il fuq
Dil-Ħolma li jien sikwit ħlomt